Ir-Re Karlu se jirritorna għad-dmirijiet rjali li jiffaċċjaw il-pubbliku, bit-tim mediku tiegħu pożittivi mill-progress li sar fil-kura tal-kanċer tiegħu.

Ir-Re ilu jirċievi kura għall-kanċer mill-bidu ta’ Frar u minkejja din l-aħbar tajba, sorsi tal-palazz saħqu li hu qed ikompli t-trattament. L-aħbar li r-Re sejjer tajjeb se tkun ta’ spinta morali għall-Familja Rjali, wara li kemm hu u kif ukoll lill-Prinċipessa ta’ Wales ġew djanjostikati bil-kanċer.

“Il-programm ta’ trattament tar-Re se jkompli, iżda t-tobba huma kuntenti biżżejjed bil-progress li sar s’issa li r-Re issa jista’ jerġa’ jibda għadd ta’ dmirijiet li jiffaċċjaw il-pubbliku,” qal kelliem tal-Familja Rjali.


Bernard Xuereb