Rodney Buhagiar huwa student Universitarju li bħalissa qiegħed fl-aħħar sena tal-Masters. Rodney huwa verament bniedem uniku - ta’ 22 sena jagħmel xi ħaġa li kważi ma tisma’ lil ħadd minn tal-età tiegħu li jagħmilha.

F’intervista ma’ Gwida.mt, hu ħadna aktar fid-dettall fil-ħajja tiegħu.

X’tagħmel eżatt bħala xogħol bl-idejn?

“Bħala passatemp nipprattika l-arti tal-induratura, kemm oil gilding kif ukoll il-water gilding. Fost proġetti li għamilt dan l-aħħar hemm xi arloġġi tal-lira, arloġġ tal-fenek kif ukoll opri għal-ġol knejjes Maltin.”

arlogg
Ritratt: Rodney Buhagiar

Kif bdejt din is-sengħa u kif irnexxilek titgħallem?

“Minn dejjem kont naffaxxina ruħi meta nara xi ħaġa ndurata speċjalement fil-knejjes. Sakemm kont qiegħed nistudja għall-A levels, fil-ħin ta’ rilassament kont nattendi kors tal-life long learning. Is-sena l-oħra kelli x-xorti li naħdem ma’ nduratur professjonali fejn komplejt nitgħallem iżjed fuq din is-sengħa. Kif bdiet il-pandemija żdiedli ħafna l-ħin liberu u ħtaft l-okkażżjoni biex nipprattika din is-sengħa bl-aħjar mod possibli.”

rod
Ritratt: Rodney Buhagiar

Ħassejtha d-differenza din is-sena mingħajr festi? U kif laqtitek?

“Bħal kull persuna oħra l-pandemija ġabet sfidi ġodda fil-ħajja tagħna. Xi ħaġa li qatt ma kont nimmaġina li nesperjeza f'ħajti imma minħabba l-pandemija saret realtà kienet li ngħaddu sena mingħajr festi. Dawk id-delettanti tal-festa li jagħmlu sensa sħiħa jaħdmu ma' sħabhom b'dedikazzjoni u b'mod volontarjat jafu x'qed ngħid. Apparti minn hekk, il-ħaġa li ma stajniex ngawdu dawk il-mument li niltaqgħu u narmaw flimkien biex insebbħu r-raħal hija diffiċli għalina.”

rodney
Ritratt: Rodney Buhagiar

Ix-xogħol tiegħek jista’ wieħed jarah fil-pubbliku?

“Fl-aħħar ftit xhur kelli l-opportunità li naħdem fuq Sotto Kwadru iddedikat lil San Ġorġ Preca għal-ewwel Bażilika ta’ gżiritna - il-Bazilika Porto Salvo San Duminku fil-Belt Valletta. Kelli x-xorti ukoll li naħdem fuq ventartal għal artal tas-sagrament tal-Bażilka ta’ Kristu Re, fil-Paola.”

rodney
Ritratt: Rodney Buhagiar

Facebook/Rodney Buhagiar


Nicole Barbara