Il-ħabib kbir tal-kantanta Celine xtaq jgħaddi l-awgurju tiegħu u x-xewqat sbieħ. Fil-fatt apparti li huwa mużiċist bravissimu u kellha x-xorti taħdem miegħu, huwa llum il-ġurnata wieħed mill-akbar ħbieb tagħha. Dan mhu ħadd ħlief Glenn Sacco!

"Awguri lis-sħab fil-mużika u l-persuna li nsejħilha l-akbar ħabiba tiegħi", jikteb Glenn. Glen jiktbilha li għalkemm għeluq sninha huwa għada, illum jeħtieġ li jiċċelebraw din l-okkażjoni flimkien permezz ta' xi xarba tajba. "Int l-aqwa waħda", jispiċċalha l-messaġġ lil Celine. Tajjeb ngħidu li Celine u Glenn rajnihom kemm-il darba b'xi interpretazzjoni brillanti flimkien, fejn hi tkanta u hu jdoqq il-kitarra.

Minn qalbna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Celine l-isbaħ xewqat!


Kyle Zarb