Kwotazzjoni ferm b'saħħitha mingħand il-Ministru Bonnici imma hi kwotazzjoni għall-artista li ġibdet is-simpatija ta' tant u tant nies tul is-snin mhux biss dan l-aħħar. Din il-frażi il-Ministru kitibha lill-kantanta lokali Ira Losco li dan l-aħħar għadha kemm kellha t-tieni wildt tagħha.

Ira Losco xeħtet ritratt fuq il-mezzi soċjali u miegħu kitbet, "Qabel il-Covid, qabel it-tqala... qabel kollox." Dan ir-ritratt ġibed l-attenzjoni ta' diversi ammiraturi ta' Ira Losco u ħafna kienu dawk li kkummentawlha.

Ma għandniex dubju li Ira popolari mmens u tibqa' fost l-akbar artisti li qatt ra pajjiżna. X'taħsbu mill-kumpliment li l-Ministru Bonnici għadda l-kantanta? Intom tqisu lil Ira Losco bħala "teżor nazzjonali"?

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco)

DOI - Jason Borg


Gwida.mt