Illum jaħbat għeluq snin il-preżentatriċi bravissima Melanie Kelly u fost dawk li awgurawlha kien hemm Andreana Debattista! Andreana tibda minufih titkellem dwar is-sena li għaddiet, sena li ċertament saret taf lil Melanie aħjar u ħadmet ħafna magħha waqt Fitam! 

"Melanie, x'vjaġġ kien din is-sena li għaddiet! Sfidi ... rebħiet .... dubji ... serħan ... dmugħ .... daħk ... rabja .... empatija .... sena li sempliċement ikkonfermat dak kollu li diġà kont naf dwarek." Andreana tiktbilha li hi "bniedma inkredibbli", u tant tħoss li huma viċin ta' xulxin li ssejħilha qisha qed tkellem lil oħtha! "kburija li jien parti minn ħajtek, oħt". Dan nistgħu nikkonfermawh aħna lkoll li rajna lil dawn iż-żewġ preżentaturi bravissimi fi produzzjoni flimkien, għax kienu tassew duo ħelu!

"Nawguralek l-ikbar ġurnata u għadd kbir ta' barkiet u suċċessi li jixirqulek! Inhobbok hafna hafna!", spiċċat il-messaġġ Andreana. Minn qalbna nawguraw lil Melanie lisbaħ xewqat, u nisperaw li naraw aktar produzzjonijiet minn dawn it-tnejn!

fd

Facebook/ Andreana Debattista


Kyle Zarb