Kevin Paul Calleja kif jafuh ħafna, fis-7 ta' Awwissu ħa jniedi l-kanzunetta l-ġdida tiegħu flimkien ma' vidjow mużikali. Wara t-tnedija, Kevin Paul ħa jkun qed idoqq u jkanta bil-kitarra, miegħu għandhom jingħaqdu xi mistiedna speċjali wkoll. Barra minn hekk, Siconix ħa jagħlaq il-lejl b'mużika Hip Hip u RnB.

View this post on Instagram

A post shared by • KEVIN PAUL • (@kevinpaul_official) on

Aħna innutajna li dan l-aħħar Kevin Paul Calleja, wara kunjomu u qed jidher bħala Kevin Paul. Għal ħafna din mhux aħbar kbira, imma nemmnu li dan hu sinjal li l-kantant irrid jimxi 'l quddiem u forsi ma jibqax magħruf bħala Kevin Paul Calleja, hu Kurt Calleja. Il-kantant donnu jrid jibnu identità għalih innifsu u jkompli jibni l-karriera tiegħu.

 Sabiħ li tara lil xi ħadd jaħdem biex ikompli jimxi 'il quddiem. Kevin Paul ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu madwar ħames xhur ilu u nistennew li jkompli joħroġ materjal oriġinali fix-xhur li ġejjin, l-ewwel waħda tkun fis-7 ta' Awwissu.  

Instagram / Kevin Paul


Emil Calleja Bayliss