Adrian Portelli, raġel ta’ 34 sena li jgħix Sydney u għandu dixxendenza Maltija, m’ilux li xtara l-aktar appartament għoli f’Sydney, li jiswa’ €39 miljun u jinsab fit-52 sular. Madanakollu, hu qal li dan l-appartament ser jużah biss biex joqgħod ġo fih fi tmiem il-ġimgħa.  Aktar kmieni llum fuq il-midja soċjali tiegħu, wera’ karozza lussuza ta’ €2 miljuni tittella’ fl-appartament tiegħu biex jiddekora biha.

Portelli ma naqasx milli jirċievi kritika qawwija għall-aġir tiegħu, minħabba kriżi finanzjarja fl-Awstralja. Bosta raw li din il-ħajja lussuża tistona mal-fatt li ħafna nies qegħdin jgħixu fuq ftit flus kuljum. Ir-reazzjoni ta’ Portelli għal din ma kinitx waħda kbira, u qal li “n-nies qed jibku għax għandi wisq flus.”

Dailymail


Nicole Zammit