Soraya m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni, u ma tridx tkun xi akkanit tal-irtokk biex tkun smajt isimha xi darba jew oħra. Magħrufa l-aktar bħala drag queen, iżda xi ħaġa li żgur mhux forsi magħrufa għaliha wkoll hija l-ħila li tibqa’ tgħaxxaq u ddawwar l-għajnejn għal fuqha – u hekk eżattament għamlet b’din il-libsa ġdida u eleganti, li ma naqsitx milli ġibdet l-attenzjoni ta’ kulħadd.

Nadia Hili hija l-moħħ wara din il-ġmiel ta’ libsa, u ntlibset minn Soraya lbieraħ għat-tieġ ta’ Marlon u Alan. Il-libsa mhux biss iddesinjata bis-sequins u l-fjuri, imma saħansitra aċċentata b’ftit rix ‘l hemm u ‘l hawn u par imsielet bellezza. U ovvjament, ma nonqsux milli nsemmu l-ġmiel ta’ irtokk li kellha fuqha!

Soraya

Facebook / Soraya Queen

Mhux ta’ b’xejn ġabet lil kulħadd jitkellem allura: in-nies kważi kważi spiċċaw ġew bi ħġarhom bil-kumplimenti tant kemm intgħoġbot. Barra minn hekk, ħafna mit-tifħir ukoll mar lid-desinjatriċi, Nadia, fejn bosta saħqu kemm hija artista ta’ talent liema bħalu. Biex tara, xi wħud saħansitra wrew l-interess li jixtruha minn fuqha!

Tilbsuha intom kieku?

Facebook / Soraya Queen


Kurt Gabriel Meli