Nhar il-Ħadd li ġej il-programm televiżiv Ħadd Għalik se jkun dwar il-Maltin jgħixu barra kontra l-barranin li jgħixu Malta. Ovvjament dawk il-Maltin li jgħixu barra kellhom jiġu Malta għall-programm!

Dawn in-nies jinkludu lil Nathalie Micallef li marret tgħix il-Greċja minħabba relazzjoni li kellha. Min-naħa l-oħra, Michela Briffa ilha kważi 10 snin tgħix ir-Renju Unit u hi ilha gradwata fl-Inġinerija Mekkanika għal aktar minn ħames snin.

hadd

Jan Lucas Zehlicke ilu jgħix il-Lussemburgu għal dawn l-aħħar sena u nofs u jaħdem bħala traduttur. Fl-aħħar għandna lil Annaliese Micallef Grimaud li marret tgħix ir-Renju Unit biex tistudja fuq ix-xjenza tal-mużika.

hadd

Għall-barranin li jgħixu Malta għandna lil Hamdi Madkour li żżewweġ mara Maltija. Imbagħad hemm Florina Silvio – terrapista barranja li lil pazjent minflok ma’ qaltlu ‘tista’ toħroġ barra’, qaltlu ‘tista toħroġ, baqra!’

hadd

Dounia Borg ġiet vaganza Malta u ma reġgħetx marret lura għax iltaqgħet mar-raġel ta’ ħajjitha. Fl-aħħar għandna lil Khaled Riani, li ħafna nies jafuh bħala l-Ġinġer li jirreċta. Fit-tieġ għamel xi ħaġa speċjali li aħna qatt ma’ smajna li ġrat.

hadd

Jekk tridu tisimgħu l-istejjer ta’ dawn in-nies, nhar il-Ħadd, Ħadd Għalik titilfuhx!


Nicole Barbara