Il-preżentatur u kantant maħbub J Anvil (Ian J Vella) qasam fuq il-profil tiegħu ta' Facebook esperjenza pożittiva li kellu llum. Hu jsejjaħ din l-esperjenza bħala "bidu ta' vjaġġ ġdid ieħor għal stil ta' ħajja sana". 

J Anvil isemmi kif wara li ħadem bis-sħiħ biex jitlef il-piż u jħossu aħjar dwar l-istil ta' ħajja li jgħix, hu sab għajnuna kbira minn nies professjonali. "Illum kien il-bidu ta' vjaġġ ġdid ieħor għal stil ta' ħajja sana. Wara li tlift 22 kilogramma, kont imħeġġeġ u gwidat minn tnejn min-nies dedikati u professjonali Rachel Micallef u l-personal trainer tiegħi Terry Azzopardi... intom tassew ġawhar". 

Hija xi ħaġa sabiħa li dak li jkun ikun lest li jaqsam l-esperjenza tiegħu fejn tidħol stil ta' ħajja u saħħa, għax b'hekk ikun ta' ispirazzjoni għal ħaddieħor. Ħallu dan li kiteb J Anvil jispirakom u jagħmlilkom kuraġġ biex ma taqtgħux qalbkom! Nawgurawlek għal aktar suċċessi J Anvil!

Etienne Farrell


Kyle Zarb