Kienu bosta studenti u artisti li Pamela ħadmet magħhom tul is-snin li awgurawlha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Pamela għalqet 42 sena u ilha fix-xena lokali għal ftit żmien mhux ħażin. Rajnieha tikkompeti f'diversi festivals lokali iżda riċentament ħadet aktar l-irwol ta' vocal coach u kif ukoll ta' kompożitriċi ta' diversi kanzunetti fil-kompetizzjonijiet.

Din is-sena kellha l-kanzunetta Kewkba F'Tarf L-Irdum interpretata minn Cherylis f'Mużika Mużika, filwaqt li kienet rebħet il-festival prestiġjuż L-Għanja tal-Poplu fis-sena 2017 permezz tal-kanzunetta Meta R-Ramel Jitħallat Mas-Silġ interpretata minn Jessica Magro. Min hu midħla tad-dinja tal-ispettaklu, mhux l-ewwel darba jew tnejn li inzerta lil Pamela f'xi kunċert fejn saħħret lil kulħadd bil-vuċi stupenda tagħha

Ftit tal-jiem ilu, hi tellgħat seminar sabiex tiċċelebra l-jum iddedikat għall-vuċi. F'dan il-jum għażiż, Vocal Booth Studios, li tagħhom hija d-direttriċi kitbu, "Awguri f'għeluq sninha lill-pilastru prinċipali f'VocalBooth Studio! Il-gwida, il-professjonaliżmu u d-dedikazzjoni tiegħek huma tassew apprezzati. Illum hu kollu dwar li niċċelebraw lilek u dak kollu li ġġib fl-istudjos. Awguri għal ħafna snin oħra ta' suċċess u kreattività!"

F'isem it-tim ta' Gwida, ningħaqdu magħhom sabiex nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha u sena fantastika! Awguri Pamela!

Facebook / Pamela


Emil Calleja Bayliss