Il-preżentatur John Bundy kiteb messaġġ lill-għażiża martu Claudette li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Kitba ddedikata għaliha b'laqta' anke kemxejn romantika.

"Kien għad għandek biss tmintax ftit jiem biss qabel dsatax,

Dak il-jum kien il-Ħamis, riedt ngħabbik mill aktar fis.

Kont misluta, xagħrek twil,

Liebsa jeans u top karkir, ismek jien lilek staqsejt, ghidtli jien ismi Claudette."

John ikompli jgħid li matul is-snin twal li għaddew sabu minn kollox, anke mumenti "imtektkin", iżda f'Claudette dejjem sab mara soda u ta' kuraġġ.

"Illum qed niċċelebrawk, għax jixraqlek wisq bil kbir,

Inti mara, omm u nanna, u għalihna ħelwa manna."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt ngħidulek awguri minn qalbna f'għeluq sninek Claudette!

Facebook/ John Bundy


Kyle Zarb