"Kemm hu sabiħ li tagħti, mingħajr ma tistenna li tirċievi," kiteb il-kantant Geo DeBono fuq Facebook.

Żied, "Illum proprju f'għeluq snini, xtaqt nagħmel xi ħaġa speċjali." Geo ddeċieda li f'din il-ġurnata speċjali għalih imur jagħti d-demm biex ikun jista' jgħin lil tant nies li għandhom bżonn din il-ħaġa tant bażika għall-għajxien tagħhom.

Geo kompla, "Id-demm jista' jsalva ħajjet ħaddieħor! Kunu t'għajnuna!"

Prosit, Geo, u awguri f'għeluq sninek!


Gwida.mt