Il-kompożitur, kantant u kunsillier tal-Belt Valletta Mark Spiter Lucas awgura lil bintu Greta l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha. Hu qasam ftit ritratti taċ-ċkejkna fuq il-midja soċjali tul is-snin taċ-ċkejkna Greta.

Mark kiteb, "Illum jaħbat għeluq id-disa' snin tal-prinċipessa tiegħi Greta. Iż-żmien itir u kif. Awguri f'għeluq sninek binti, il-prinċipessa tiegħi, inti kollox. Ħafna mħabba mingħand ommok u missierek."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Greta l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali.

Facebook / Mark Spiteri Lucas


Emil Calleja Bayliss