Illum, l-24 ta' Mejju, huwa Jum l-Aħwa Subien.
Dan il-kunċett huwa simili għal ċelebrazzjonijiet oħrajn relatati mal-aħwa, bħalma huma Jum l-Aħwa Bniet u Jum l-Aħwa. F'dawn kolllha, l-għan hu li tingħaraf l-importanza ta' relazzjonijiet bejn il-familjari filwaqt li jintwera apprezzament lejn dawn il-membri tal-familja.
L-oriġini ta' dan il-Jum ma tantx huma ċari. Li hu żgur hu li matul iż-żmien, permezz tal-midja soċjali u anke inizjattivi varji f'diversi pajjiżi, dan il-Jum kiseb daqsxejn iktar rikonoxximent.
Għaldaqstant, nixtiequ nawguraw il-Jum l-Aħwa Subien it-tajjeb lil dawk kollha li għandhom aħwa subien jew ħbieb subien li jirrispettawhom daqslikieku kienu ħuthom.
Facebook / Dale Camille, Fabian Demicoli, Rita Calleja, Samaria Bezzina