Il-Jum Dinji tal-Aħwa, iċċelebrat fl-10 ta’ April, jonora r-rabta unika li għandhom l-aħwa. Huwa jum biex ngħożżu l-memorji, napprezzaw l-appoġġ li nsibu, u niċċelebraw l-imħabba bejn l-aħwa. L-aħwa spiss jaqsmu konnessjonijiet li ma jinkisrux, u jsawru esperjenzi mill-aqwa, esperjenzi mimlija daħk, u xi kultant anke nuqqas ta’ qbil.

Huma jafdaw lil xulxin, jaġġixxu ta' mentors, u kumpanja matul il-vjaġġ tal-ħajja. Kemm jekk huma dejjem f'xi inkwiet jew praspura jew pilastri fi żminijiet iebsa, l-aħwa għandhom rwol sinifikanti fit-tiswir tal-ħajja ta' xulxin.

Dan il-jum mhuwiex biss iddedikat lill-aħwa bijoloġiċi iżda jirrikonoxxi wkoll ir-rabtiet iffurmati permezz tal-adozzjoni, il-ħbiberija, jew mentoring. Hija tfakkira biex nesprimu gratitudni għar-relazzjonijiet speċjali li għandna f'ħajjitna u biex nieħdu mument u niċċelebraw il-konnessjoni unika ma’ ħutna.


Emil Calleja Bayliss