Omm il-preżentatur lokali Indri Attard tiċċelebra għeluq sninha. F'dan il-jum Indri qasam ritratt tagħha b'messaġġ qasir iżda tassew ħelu. Hu kiteb, "Happy Birthday lill-għażiża ommi. Illum 70 sena. Ommi m'għandhiex Facebook iżda llejla noqgħod nuriha l-awgurju tagħkom."

Hija inkredibbli kemm l-anzjani tagħna jieħdu gost jaraw min qed jawguralhom permezz tal-mezzi soċjali li tista' tgħid, illum il-ġurnata saru tant u tant popolari. Speċjalment biex wieħed jaqsam xi tip ta' awguri u jifraħ lill-persuna għal xi aħbar pożittiva. 

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha. Ċertament li bil-kumpanija tan-neputijiet, ommu tkun fis-seba' sema. 


Emil Calleja Bayliss