Is-sensiela TA' GERIT serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, u l-episodju tal-lejla ser jiġi apprezzat immens. Dan hekk kif wara ħafna stennija, u wara domanda kbira, il-karattru ewlieni, Gerit, ser jagħmel ir-ritorn tiegħu.

"Illejla ser taraw lil Gerit wara tant domanda. Fis-sensiela Ta' Gerit illejla Se tirritorna b'xena esklussiva, Gerit, fost l-atturi l-oħra u l-attur veteran Peter Borg se jonorana bis-sehem tiegħu," jikteb id-direttur Desier Debono. 

Gerit - TA

Ritratt: Charlot Grima

Matul dawn l-aħħar episodji kienu ħafna li bdew jistaqsu x'sar minnha Gerit, u għaliex mhix tidher. Ċertament li din hi sorpriża sabiħa għat-telespettaturi kollha!

Charlot Grima


Kyle Zarb