Ilbieraħ flgħaxija waqt il-ġbid tas-sensiela 'Iż-Żagħka' li ħa tibda fl-iskeda li jmiss, skoprejna li l-pulizija daħlu f'dar partikolari biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Imma milli jidher dawn mhux ħa jkunu weħidhom. X'għanda nistennew?

L-ispetturi Ludwig Shead u Antida Fleri jridu jiskopru x'ġara eżatt. Aħna kujużi sabiex inkunu nafu x'qed jinvestigaw eżatt! Tgħid il-każ ħa jkun solvut jew le? Wieħed jista' jiskopri dan u aktar minn Ottubru fuq NET TV!

Jidher li din id-drama qed tqajjem ħafna kurżità u huma bosta li qed jistennew eżatt biex jaraw x'għandna nistennew waqt din id-drama! Storja oriġinali u addattament televiżiv ta' Desier Debono, b'direzzjoni tal-istess Desier Debono flimkien ma' Melanie-Jo Mangani.

Facebook / Iż-Żagħka - Sebio Aquilina


Emil Calleja Bayliss