Clayton Pace ifakkar it-tieni anniversarju meta hu u martu Lenies, qalu iva lil xulxin. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu hu jikteb, "Meta tkun żgħir, tkun qed tistenna dik il-ġurnata partikolari biex tiltaqa' mal-ħbieb tiegħek... illum il-ġurnata bis-saħħa tiegħek din ngħixha l-biċċa l-kbira tal-ġurnata!"

Hu jkompli, "Aktar ma nqatta' ħin miegħek, aktar niġi addicted għalik! Nimmissjak anki sakemm xi ħadd minnha jkun qadja! Il-mumenti miegħek qatt ma huma biżżejjed. Ninsab ħerqan biex nibqgħu nidħqu u nieħdu gost b'kollox! Biex ngħixu l-mument kif jiġi u nagħmlu mezz li l-mument ikun kif ikun nagħmluh speċjali. Li ma nikbru qatt u ma nsirux formali, 'għax hekk suppost'."

Clayton itemm jgħidilha, "Grazzi tal-paċenzja li għandek bija, (ehe naf li meta nkun bihom inkun qansha!). Bik u biż-żewġ imqarqċin li għandna jien inħossni l-aktar bniedem ixxurtjat. Int litteralment l-akbar ħolma li kelli, li llum saret realtà. Inħobbok żgħira tiegħi."


Emil Calleja Bayliss