Hekk kif bħalissa f'pajjiżna qed titella' il-Mister Tourism World, numru sabiħ ta' mudelli minn madwar id-dinja kollha jinsabu f'Malta għal esperjenza ta' 12-il jum. Iżda kif jgħidu, anqas għall-mudelli mhu kollox ward u żagħar. Illum ħafna mill-mudelli qamu bi griżmejhom juġgħuhom.

Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero

Dan hekk kif ilbieraħ kellhom sessjoni ta' fotografija bħala parti minn dan il-konkors. U lbieraħ ma kinitx xi ġurnata sħuna anzi pjuttost kienet il-kesħa, fejn it-temperaturi kienu jmissu mal-10 gradi matul il-ġurnata. Ivan Gaffiero tkellem magħna u qalilna li wħud mill-mudelli ħassewhom ftit ma jifilħux.

Imma malajr insew kollox hekk kif filgħaxija kellhom laqgħa speċjali mar-reġina tal-kanzunetta Maltija Mary Spiteri fejn qattgħu serata flimkien. Żgur li fil-kumpanija ta' artista bħal Mary, il-mudelli kienu onorati. Awguri għal dan il-konkors b'differenza!

Ritratt: Facebook/ Ivan Gaffiero


Clifford Galea