Qatt ħlomt li tagħmel bidla f'ħajtek jew forsi tkompli ssaħħaħ dak li ġa bdejt taħdem fuqu. It-tweġiba tiegħek hija waħda, Reflex Total Fitness. Il-motto ta’ Reflex Total Fitness, hu li jkollok sinkroniżazzjoni tal-moħħ u l-ġisem għax joffru diversi faċilitajiet li tista’ tisfida kemm il-moħħ u anke l-ġisem. Il-missjoni tagħhom hi li kull membru jistabilixxi l-għanijiet tiegħu u jilħaqhom.

Il-gym huwa klassi għalih! Mgħammar bl-aħħar għodda sofistikata biex tgħinek tiċċaqlaq u tieħu ħsieb lilek innifsek. Hemm post għal cardio, post għas-saħħa fiżika, u post speċjali għall-istretching, kollox b’servizz ta’ 5 stilel u veduta mill-aqwa ta’ ġnien li jiżboq kull għajn.

Biex tirillasa l-menti għandhom is-servizz tal- ‘MindBody’, fejn tista’ tmur għal ftit ħin ta’ rilassament f’Athenaeum Spa; spa rinovat li tħossok qisek qieghed il-ġenna. Dan jinkludi pixxina kbira ta’ 116 metru kwadru u jacuzzi.

Bilħaq, jekk tixtieq xi ħadd jgħinek tista’ ssib ukoll! Reflex Total Fitness għandu trainers mill-aqwa li jiffukaw fuq il-prevenzjoni ta’ korriment u rijabilitazzjoni. Dawn ser ikunu pronti sabiex iwaqqfuk meta ma tkunx qed tagħmel l-eżerċizzju tajjeb, filwaqt li jieħdu ħsieb il-qagħda ta’ ġismek fost affarijiet l-oħrajn.

View this post on Instagram

A post shared by Reflex Total Fitness (@reflextotalfitness) on

Reflex Total Fitness joffru l-appoġġ kollu tagħhom lill-membri ġodda billi jipprovdulhom programm bażiku ta' kif jistgħu jtejbu s-saħħa tagħhom. Noffru wkoll taħriġ personali lil dawk li jixtiequ attenzjoni u motivazzjoni bi programmi 1:1 li jkun aktar strutturat biex jgħinhom jilħqu l-għanijiet personali tagħhom.

Jekk int interessat fi klassijiet intensivi, dawn għandhom ukoll imma trid tħaffef għax il-postijiet limitati. Jekk tħossok li għadek tibda, hemm klassijiet tajbin għalik ukoll. Insomma kif tistgħu taraw joffru xi ħaġa għal kulħadd! Infatti dawk li jħobbu l-Yoga, ħa jsibu mod kif jipprattikaw il-Yoga u jisfidaw lilhom infushom.

Grazzi għalihom tiskopri l-konnessjoni vera bejn il-moħħ u l-ġisem permezz tal-moviment u l-għarfien tan-nifs. Prattika li tista' tgħid li għalkemm hija sfida, tista' tkun divertenti wkoll. Tajjeb li tkunu taf li l-klassijiet tal-yoga huma aktar dwar l-esperjenza ħolistika u jinkorporaw movimenti fluwidi, b'enfasi nifs u rilassament mal-mużika.

Reflex Total Fitness minkejja kollox joffru workshops għal kulħadd, kemm dawk tal-fitness, kemm dawk ta’ nutrizzjoni u kif ukoll dawk ta’ kif tieħu n-nifs. L-informazzjoni tista’ ssibha kollha fuq is-sit tagħhom https://reflex.com.mt/.

View this post on Instagram

A post shared by Reflex Total Fitness (@reflextotalfitness) on

Huma jemmnu tassew fis-saħħa tan-nutrizzjoni. Din hija tassew importanti sabiex timplimenta drawwiet tajba b'mod sostenibbli fir-rigward tat-teħid tal-ikel u dawn isiru parti mir-rutina ta' kuljum tiegħek. Tant hu hekk li saħansitra ta' spiss jagħtu wkoll workshops f'dan il-qasam biex il-klijenti tagħhom ikomplu jinfurmaw ruħhom.


Emil Calleja Bayliss