Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament Tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit ritratti mill-isbaħ meħudin Għawdex.

Bdew billi qalu, “Ritratti esklussivi għalina mingħand il-ħabib tagħna Roland Vella. © Roland Vella. Ovvjament il-maltemp li kellna fuq Sqallija wassal biex dan il-fjamingu jiġi jżur Għawdex. Għalkemm fuqna ma kienx hawn riħ qawwi, mhux l-istess jingħad għal 40 nawtiku minn lejn Sqallija fejn intmessu buffuri ta' Forza 7.”

Żiedu jgħidu, “Temp għall-għada l-Ġimgħa jibda ftit imsaħħab b'riħ forza 4 Majjistral tul dan il-lejl li jnaqqas mas-sebħ. Temperatura l-għola tmiss it-23°C u l-anqas is-16°C.”


Charlton Cefai