Il-paġna fuq Facebook Myriam Spiteri Debono żżomm lis-segwaċi aġġornati bl-impennji tal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono u llum dan ma naqasx. Bdew billi qalu, “Dalgħodu, l-President Myriam Spiteri Debono żaret ir‑residenza ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ fil-Mosta.”

Żiedu jgħidu, “Id-dar hija mmexxija mill-Fondazzjoni Life Network u bħalissa qed tilqa’ tmien ommijiet u sebat itrabi. Waqt li raddet ħajr lill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Dr Miriam Sciberras, lill-ħaddiema u lill-voluntiera għax-xogħol kollu li qed jagħmlu b'risq l-umanità, il-President qalet li t-twelid tat-trabi huwa n-nisel ta’ kull imħabba u t-tnissil tat-trabi f’ċirkostanzi kiefra, jissarraf f’ġid u l-bnedmin l-oħra ma jistgħux iċaħħdu lill-ġenerazzjonijiet futuri minn min jista’ jkun ta’ ġid għall-oħrajn.”


Charlton Cefai