Wara vjaġġ tant twil ta’ preparazzjoni u kompetizzjoni twila, fl-aħħar wasal il-mument li kemm Sarah Bonnici u kemm dawk il-Maltin li ta’ kull sena jsegwu dan il-fesitival, ilhom jistennew. Fl-aħħar ser insegwu l-prestazzjoni sħiħa tal-kantanta Għawdxija Sarah Bonnici, prestazzjoni li tirrikjedi ħafna preparazzjoni. Persważ li kulħadd jaf bil-ħidma kontinwa ta’ din l-artista, u ta’ dan diġa ninsabu kburin immens.

Fit-tieni semifinali ser inkunu qed insegwu 16-il kanzunetta li lkoll ser ikunu qed jiġġieldu għall-għaxar postijiet li fadal għall-finali ta’ nhar is-sibt, fejn flimkien ma’ dawn is-sittax ser inkunu qed nisimgħu wkoll il-kanzunetti ta’ Spanja, L-Italja u Franza. Is-semifinali tibda fid-9 ta’ filgħaxija, u wara biss ftit tal-mumenti ser inkunu nistgħu nsegwu lil Sarah li ser tkun qed tkanta fl-ewwel post.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ ngħidu nawguraw minn qalbna lil Sarah, biex illejla jmur kollox eżatt kif tixtieq hi. Ħu gost u ftakar li Għawdex u Malta jinsabu warajk.

Facebook/Eurovision Cloud/Valentinos Gilbert


Charlton Cefai