It-turiżmu kemm f’Malta, kif ukoll fl-Ewropa naqas drastikament minħabba l-pandemija tal-Covid-19, imma issa li għandna magħna l-vaċċin, wieħed jista’ jsiefer b’moħħu iktar mistrieħ.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tirrikomanda biex jibdew jiġu rilaxxati xi miżuri fuq l-ivjaġġar li mhuwiex essenzjali. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li issa hu l-waqt biex nerġgħu nqajmu l-industrija tat-turiżmu.

Dawn il-proposti jgħidu li l-membri tal-Unjoni Ewropea jistgħu jibdew jaċċettaw turisti li jkunu tlaqqmu b’vaċċini li huma approvati mill-EU. Peress li t-tfal mhux jiġu mlaqqma, il-Kummissjoni proponiet li dawn jitħallew jivjaġġaw mal-ġenituri tagħhom jekk jippreżentaw test li juri li huma negattivi għall-Covid-19.

Se tkunu qed issiefru wara li tiġu mlaqqma?


Henzley  Bezzina