Therese Ann, taqsam ritratt ta' bintha f'għeluq sninha u tħallilha messaġġ tassew mill-qalb li ninsabu żgur li se tgħożż u tapprezza, speċjalment aktar ma tikber. Bintha llum tagħlaq proprju 9 snin u mhux l-ewwel darba li rajnieha fuq il-mezzi soċjali ta' ommha għax tieħu interess kbir.

Hi tikbtilha, "Għażiża binti... Il-kliem mhux biżżejjed biex nispjegalek dak li nħoss għalik... però ħaġa hija żgur, inħobbok bla limitu u se nkun dejjem miegħek f'dak li int u f'dak li għad tkun. Niġġieldu qisna kelb u qattus, forsi xi darba tifhem għaliex inħobbok daqshekk, bħal ma jien fhimt ħafna wara għaliex ommi kienet hekk fuqi."

Hi żżid, "Il-ħajja qatt ma ħa tkun perfetta però naf ċerta li inti tifla soda u preparata għall-ħajja. Mhux tibża'... imma taffaċċja dak li jiġi għalik. Inħobbok għal dejjem. Ommok Tereża."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil bintha l-isbaħ xewqat! Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak li tixtieq, u sena pożittiva mimlija b'ħafna avventuri sbieħ! Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss