Iċ-ċajt fuq ommu ma jieqafx, il-Kaboċċ reġa' għamel ċajta ħelwa lill-ommu. Din naħseb sempliċi u ħafna jistgħu jagħmluha lil wieħed mill-ġenituri tagħhom. Il-Kaboċċ daqq il-qanpiena u mar jistaħba.

Omm il-Kaboċċ ħasbet li ġie l-pustier allura ħarġet mill-bieb sabiex tara min ġie u għamlet erba' passi. Il-Kaboċċ kien pront u niżel jiġri u daħal ġod-dar u għalaq il-bieb ta' barra biex ommu spiċċat maqfula barra.

Hu qal li ħalliha siegħa sħiħa wara l-bieb. Tgħid vera ħallieha daqshekk tistenna barra? Hi donnha li kellha x'tagħmel u daħlet malajr tkompli hekk kif fetaħilha l-bieb.

Facebook / Christopher Il Kabocc Spiteri


Emil Calleja Bayliss