Mhux faċli li wieħed jħallat l-arti ma’ xi negozju, imma meta wieħed ikun determinat li jirnexxi jsib mod kif jagħmel dan possibli. Tul dawn l-aħħar għoxrin sena, Isabelle Borg Magro għamlet proprju dan. Hi għamlet dak kollu li setgħet sabiex tara l-ħolma tagħha ssir realtà.

Ritratt: Instagram / Verve Boutique

Il-ħanut tal-ħwejjeġ tagħha Verve Boutique tista’ tgħid li huwa wieħed mill-ftit ħwienet lokali tax-xorta tiegħu. L-isem innifsu jiddefinixxi l-entużjasmu, l-ispirtu, l-enerġija, il-vivaċità u dinamika, u l-kunċett wara dan kollu. 

Ritratt: Instagram / Verve Boutique

Verve Boutique jemmen f’dak li hu Malti, tant hu hekk li fil-ħanut wieħed isib xemgħat u fwejjaħ magħmula esklussivament minn nies lokali. Wieħed mill-aħħar sett ta' ritratti bil-kollezzjoni tax-Xitwa sar b'kollaborazzjoni ma' Justin Brincat, Luke Mallia u Carlton Agius ġewwa l-Isla.

Ritratt: Instagram / Verve Boutique

L-importanza li jagħtu għall-arti u l-kreattività f’dan il-ħanut hija unika; unika għax wieħed jista’ jara dawn l-aspetti inkorporati mal-moda u fil-ħwejjeġ li wieħed issib għall-bejgħ f’dan il-ħanut.

Ritratt: Instagram / Verve Boutique

Dan il-ħanut żgħir, tul iż-żmien kiber u sar boutique fejn l-industrija tal-moda hija elevata bi drappijiet fini u ħjata mill-aqwa, fejn il-prodott finali jkun wieħed uniku u kull persuna li tilbes libsa minn tagħhom tħossha li tassew liebsa libsa mill-isbaħ.

Facebook / Verve Boutique


Emil Calleja Bayliss