Rachel Cachia mhijiex wiċċ ġdid magħna l-Maltin u l-Għawdxin. Nafuha mit-televiżjoni, fejn tippreżenta l-programm ‘Gadgets’ flimkien ma’ Ian. Apparti minn hekk hija c-CEO tal-kumpanija V Squared Media.

View this post on Instagram

A post shared by Rachel Cachia (@rachyrejx) on

Hija realtà li għandna tendenza li nassoċjaw tip ta’ xogħol ma’ ġeneru partikolari. Iżda dan m’għandux ikun. Għalhekk Rachel tiddeċiedi li toħloq kuxjenza dwar ix-xogħol u l-ġeneru.

Hija temmen li x-xogħol għandu jkun xi ħaġa għal qalbek għax jekk ikun hekk, ma tiddejaq tagħmlu qatt. Xogħlok għandu jkun relatat mal-passjoni tiegħek. Għalhekk, jekk minn dejjem għoġbok qasam partikolari ta’ xogħol u ġeneralment dan ix-xogħol ikun abbinat aktar mal-ġeneru oppost, dan m’għandux iwaqqfek milli tagħmel dak ix-xogħol.

Rachel kitbet li x-xogħol fil-qasam tal-ICT huwa affaxxinanti u interessanti mmens. Huwa qasam li kontinwament jevolvi. Sfortunatament fil-qasam tal-ICT għad m’hemmx ħafna nisa involuti. Iżda Rachel tħajjar lin-nisa sabiex jippruvaw din l-avventura għax żgur tkun waħda sabiħa mmens.

Instagram /@rachyrejx


Yasmin Camilleri