Il-film Malti ‘Luzzu’ li ħareġ fl-2021, intagħżel mis-sit ‘Rotten Tomatoes’ bħala wieħed mill-aqwa films ta’ dik is-sena. Hu ġie fis-27, fost films popolari Amerikani, bi ‘Spider-Man: No Way Home’ jieħu l-ewwel post. Is-sit, li huwa magħruf għall-kritika tal-films iddeskriva lil ‘Luzzu’ bħala “film maħdum sabiħ, u bżħafna emozzjoni. Luzzu jużda l-istorja ta’ raġel biex juri t-tbatija ta’ reġjun fi sfida kulturali.”

View this post on Instagram

A post shared by LUZZU (@luzzu_film)

Il-film jitratta sajjied Malti u d-diffikultajiet li jġib dan ix-xogħol li aktar ma jmur aktar qed jinqata’. Hu jipprova jagħmel minn kollox biex jitma’ lil familtu, bħal ma kienu għamlu missieru u nannuh, iżda din mhux dejjem tiġi faċli. Uhud mill-atturi huma Jesmark Scicluna, Michela Farrugia, David Scicluna, u Frida Cauchi.

View this post on Instagram

A post shared by LUZZU (@luzzu_film)


Nicole Zammit