Il-Belt Valletta, il-kapitali tal-gżejjer Maltin, reġgħet ġibdet l-attenzjoni hekk kif sabet postha fost l-aqwa 30 destinazzjoni tal-ivvjaġġar tan-National Geographic. Il-Belt Valletta hija magħrufa għall-istorja rikka, l-arkitettura u l-kultura vibranti, il-Belt Valletta toffri lill-viżitaturi esperjenza indimentikabbli.

Bl-istatus tagħha ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u toroq pittoreski, il-Belt Valletta tibqa' tiġbed lil vjaġġaturi minn madwar id-dinja sabiex iżuruha. Mill-esplorazzjoni ta’ postijiet storiċi bħall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann sa togħma tal-kċina lokali f’restoranti fil-Belt Valletta, kull rokna tal-Belt Valletta tista' tgħid li tirrakkonta storja li tkun qed tistenna li tiġi skopruta.

Dan ir-rikonoxximent min-National Geographic jafferma mill-ġdid l-istatus tal-Belt Valletta bħala destinazzjoni ta’ żjara li t-turist m'għandux jitlef, għax wieħed jintilef fil-ġmiel u s-seħer tal-Belt Kapitali Maltija.


Emil Calleja Bayliss