Delegazzjoni oħra li xtaqet turi s-sapport tagħha lejn il-parteċipanti li ma setgħux jattendu għaċ-ċerimonja tal-lejla kienet dik ta' San Marino. Il-kantanta Senhit xerrdet ritratt tal-wasla tagħhom waqt iċ-ċerimonja, u kitbet, "Xtaqna nħossu l-preżenza tagħkom hawn."

Iż-żeffiena ta' Senhit jidhru jġorru qalb li fiha hemm il-bnadar tal-pajjiżi li r-rappreżentanti tagħhom kellhom jibqgħu ġewwa u ma setgħux ikunu parti minn din iċ-ċerimonja. Ovvjament waħda mill-qlub kellha l-bandiera Maltija, u Destiny apprezzat dan il-ġest tant li xerrditu fuq il-profil tagħha wkoll ir-ritratt ta' Senhit.

Prosit kbira lil dawn id-delegazzjonijiet li qed juru solidarjetà mal-parteċipanti sħabhom f'dawn il-mumenti diffiċli. Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lilhom ilkoll, speċjalment lil Destiny tagħna. Ejja minn hemm!

gf


Kyle Zarb