Jason Micallef fuq il-mezzi soċjali tiegħu jħabbar il-ftuħ tal-għaxar edizzjoni tal-Valletta Green Festival, festival li ċertament qed jinżel għasel mal-Maltin u anke t-turisti li jżuru lil pajjiżna. Festival li jiċċelbra l-ħdura u jittrasforma pjazza San Ġorġ.

Jason jikteb, "Illum ftaħna l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival fi Pjazza San Ġorġ. Il-'ġnien tal-ħolm' li ħloqna magħmul minn mijiet ta' arbuxelli, eluf ta' fjuri, u ammont kbir ta' siġar idiġeni, flimkien mal-ħoss tal-ilma li wkoll ħloqna fid-disinn ta' din is-sena, jagħmilha esperjenza unika li żżuru dal-ġnien artistiku temporanju fi Pjazza San Ġorġ, mil-lum sal-Ħadd 19 ta' Mejju, 2024."

Żgur li idea tajba li dak li jkun jattendi mal-familja tiegħu! Esperjenza mill-isbaħ li m'għandekx titlef!


Emil Calleja Bayliss