Is-suġġett tal-abort, aktar ma jgħaddi żmien, inqas qed jiġi kkunsidrat bħala tabù, u d-dibattitu fuqu dejjem qed jiżdied.

Illum, fil-Parlament ta’ Malta, l-MP Marlene Farrugia ppreżentat l-ewwel emenda fl-istorja ta’ pajjiżna li tiddikriminalizza l-abort. Dan l-abbozz ta’ liġi għandu jiproteġi lill-mara li tiddeċiedi li tagħmel l-abort minn sentenzi kriminali u anke lil dawk it-tobba u professjonisti li jassistu biex iseħħ dan.

Hi qalet li l-ħarsien tal-ħajja ma jseħħx billi l-mara tiċċaħħad mill-kontroll fuq ħajjitha u ma għandhiex tiġi mgħeddha li jitfugħha l-ħabs.

Dan is-suġġett huwa wieħed delikat immens imma dejjem għandu jkun hemm lok għad-diskussjoni. Taqblu ma’ Dr. Farrugia?

Facebook / Marlene Farrugia


Henzley  Bezzina