Il-personalitajiet Maltin Pierre u Nevise Borg Caligari spjegaw il-mod daqsxejn skomdu kif jorqdu kull lejl fuq Sibtek tal-ġimgħa l-oħra. Pierre spjega li l-klieb lili jfittxu matul il-lejl, u jispiċċa jorqod bi 3 iklieb bejn saqajh, u oħra ħdejn ġenbu. “Jekk iċċaqlaqha, tigmek!” qal, u jkollhom il-qattus rieqed fuq rashom ukoll!

Spjegaw kif matul il-lejl umbagħad, jekk ikollok tqum mis-sodda, m’hemmx ċans li terġa’ tidħol u ssib il-pożizzjoni li kont fiha, għax joħduha l-annimali. Kemm hu sabiħ li tkun tħobb l-annimali daqshekk, li minkejja l-uġigħ li tqum bih għax ikollok tagħmel lejl rieqed skomdu, tibqa’ tgħożżhom xorta waħda.


Nicole Zammit