Il-ħajja normali jidher li ser tkun qed tirritorna fid-Danimarka, wara li f’dan il-pajjiż tneħħew il-miżuri kollha li kienu fis-seħħ.

Dan seta jkun possibbli minħabba r-rata għolja ta’ tilqim li hemm fid-Danimarka. Aktar minn 80% tal-popolazzjoni Daniża li għandhom aktar minn 12-il sena ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19.

Il-Gvern Daniż ma baqax iqis il-Covid-19 bħala marda kritika u l-Ministru tas-Saħħa Magnus Heunicke qal li l-pandemija hija taħt kontroll “imma għadna ma ħriġniex minnha u l-Gvern ser jaġixxi jekk ikun hemm bżonn”.


Henzley  Bezzina