Il-mistiedna li jmiss fuq Kellymni mhi ħadd ħlief il-kantanta brava u simpatika Destiny. L-artista li tista' tgħid rajnieha tikber quddiem għajnejna, rajnieh f'diversi suċċessi, kemm suċċessi lokali u anke dawk internazzjonali.
Destiny se tkellimna dwar il-vjaġġ tagħha, l-isfidi li ltaqgħet magħhom u kif kibret minn dawn l-isfidi. Hi taqsam dettalji kemxejn sorprendenti dwar l-avventura tagħha fil-Eurovision Song Contest.
Fl-intervista Destiny turi wkoll l-imħabba kbira li għandha lejn il-familja tagħha, speċjalment lejn oħtha u l-għeżież nanniet tagħha. It-telfa tan-nannu tagħha kienet waħda li ħasdet lil bosta u hi titkellem dwar l-imħabba tiegħu u l-pariri kollha li għaddielha li għadha ġġorr magħha.
Il-podcast ħa jkun wieħed fejn ħa nsiru nafu aktar lil Destiny mill-viċin. Ingħaqdu magħna biex isegwu l-episodju li jmiss ta' Kellymni - Il-Podcast ta' Gwida.mt bi preżentazzjoni ta' Melanie Kelly, għada it-Tnejn 16 ta' Settembru, mit-20:00 'l quddiem.