Il-Kantant Lulu Agius tista' tgħid li għandu mħabba speċjali għall-kitarra tiegħu. Iġorrha miegħu kullimkien u ma jgħaddix mingħajrha. Tagħtu bosta mumenti ta' ferħ u mumenti oħra ta' ħsieb profond.

B'mod ċajtier kiteb fuq facebook li taha 'blow dry' u trattament qabel il-wirja li kellu filgħaxija ftit jiem ilu.

Tant iħobbha, li kien tella' wkoll ritratt juri lilu nnifsu jibki meta f'eta ċkejkna qala' rigal differenti milli kitarra.

Posts ħelwin li jnaqqsu mill-istress li kultant iġorr miegħu facebook u fl-istess ħin iġiegħelna napprezzaw artisti bħal Lulu li għall-mużika, jagħtu ħafna ħin u jagħmlu sagrifiċċji kbar!

Ritratt: Facebook/ Lulu Agius


Clifford Galea