Chris Grech, il-kantant ta' Twenty-Six Other-Worlds tal-band metal u l-kantant li rajna fil-Malta Eurovision fi tliet okkażjonijiet differenti llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Chris illum jagħlaq 37 sena u f'dan il-jum speċjali ħsibna li nagħtu ħarsa lejn il-kanzunetti li kien preżenta fil-Malta Eurovision, kanzunetti fejn il-kapaċità tal-vuċi ħarġet verament.

Ritratt: Facebook / Chris Grech

2013 - Id-debutt tiegħu bil-kanzunetta Never Walk Away

2014 - Jirritorna bil-kanzunetta Oblivion

2015 - L-aħħar dehra tiegħu f'dan il-festival bil-kanzunetta Closed Doors

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Chris, l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu, żgur li ħa jkun qed iqatta' dan il-jum speċjali ma' dawk għeżież għalih. Chris bħalissa jinsab impenjat bil-provi tal-ħdax-il edizzjoni ta' Rockestra li ħa ssir fit-28 ta' Settembru, spettaklu li l-kantant lokali hu abbinat sew miegħu. Awguri Chris!

Facebook / Chris Grech


Emil Calleja Bayliss