Żmien il-karnival jinżel għasel mal-Maltin għax hu żmien li wieħed jitbellaħ ftit u jgħaddi siegħa żmien ma' sħabu l-għeżież. Il-karnival tradizzjonali jsir ftit qabel jibda ir-Randan, imma l-karnvival tas-sajf aktar ma jmur qed jikber fil-popolarità.

Filmat li sab ruħu jdur fuq il-mezzi tal-midja soċjali juru ġuvni liebes ta' mara, jiddeverti fil-karnival tas-sajf! Il-ferħ tiegħu żgur li ferraħ nies oħra u nissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun! L-għan tiegħu kien wieħed, li jdaħħak u jferraħ dawk li attendaw iċ-ċelebrazzjoni ġewwa Buġibba.

Ritratt: Facebook / TortaPerzutaTeam

Barra n-nies jieħdu sehem, wieħed ikun jista' jammira wkoll il-karrijiet li jkunu qed iduru madwar Buġibba. Ħafna barranin u anke Maltin jieħdu ferm gost b'dan l-ispettaklu tas-sajk u jkomplu mal-festin li qed jiġi ċċelebrat fit-toroq!


Emil Calleja Bayliss