Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar qasam kitba fuq il-paġna ta' Facebook dwar avveniment li seħħ iktar kmieni dalgħodu.

"Grupp żgħir ta' persuni xammru l-kmien" u ħadu sehem f'avveniment ta' tindif tal-komunità fit-Torri tal-Kaptan. Dawn il-voluntiera attendew b'enerġija u ħeġġa kbira "biex jagħtu sehemhom fil-konservazzjoni tal-wirt Naxxari!"

Il-Kunsill irringrazzja lill-voluntiera kollha u lil Mark Taliana Gardening, Galea Cleaning Contractors u lil Clean Malta "għall-għajnuna imprezzabbli tagħhom biex illum għamilna dan possibbli."

Prosit tassew lil kull min kien involut! Id-dedikazzjoni tal-ftit tagħmel differenza kbira!


Marija Bellia