Illum jaħbat għeluq snin persuna speċjali f'ħajjet il-kantanta lokali Michela Galea, u għaldaqstant bħal dejjem ħejjiet messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni. Fil-fatt il-messaġġ hu dedikat lil ommha.

Michela tikteb, "Awguri f'għeluq sninek Mummy! Grazzi talli int tant speċjali u tant tieħu ħsiebi! Int tassew mara eċċezzjonali. Inħobbok b'qalbi kollha!" 

Michela xxerred ritratt mill-isbaħ flimkien ma' ommha, u fil-kummenti bħas-soltu tant irċevew kumplimenti mingħand is-segwaċi kollha. Awguri mill-qalb lil omm Michela f'dan il-jum speċjali!


Kyle Zarb