Il-15 ta' Marzu reġa' wasal u lbieraħ Celine Paris iċċelebrat jum għeluq sninha. F'din il-ġurnata Celine dejjem turi l-gratitudni tagħha li għaddiet sena oħra u b'entużjażmu tħares 'il quddiem għal dak li jmiss.

Celine lbieraħ kitbet, "U llum huwa għeluq il-45 sena tiegħi! Grazzi lill-Mulej għal sena oħra u Grazzi lilkom ilkoll tax-xewqat sbieħ." Celine xerrdet anke ritratt tal-okkażjoni fejn tidher qed tgawdi dan il-jum speċjali. 

Bħal dejjem Celine llum xtaqet tirringrazzja mill-ġdid lil dawk kollha li awgurawlha kif ukoll lil dawk li kkummentawlha u kkumplimentawha fil-kummenti. Celine tibqa' personalità maħbuba minn ħafna wara s-sehem tagħha f'produzzjonijiet bħal Deja Vu. Hi magħrufa wkoll għat-talent artistiku tagħha fosthom bħala stilista tax-xagħar.

Awguri mill-qalb Celine!

Facebook/ Celine Paris


Kyle Zarb