Il-kantanta u preżentatriċi lokali Tiziana Calleja għaddiet messaġġ mill-isbaħ lil wieħed mill-aktar persuni għeżież f'ħajjitha, lill-għażiż missierha. Illum missier Tiziana qed jiċċelebra għeluq sninu u ma setax jonqos milli f'dan il-jum speċjali tħallilu messaġġ mill-isbaħ.

Tiziana kitbitlu, "Illum il-Birthday ta’ dan is-supereroj! M’hemmx kliem biżżejjed biex niddeskrivi kemm napprezzak u dak kollu li tagħmel magħna. Grazzi talli ma tgergirx (prova tgergirlix meta jasal il-mument u ngħidlek irridu nibnu set għal fuq l-istage) dejjem tipprova ssib soluzzjoni għal kollox. Għallimtni nħares 'il quddiem u nibqa' nitgħallem u hekk se nibqa' nagħmel. Awguri Missier."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil missierha l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu, u sena mimlija avventuri, saħħa u hena.

Facebook / Tiziana Calleja


Emil Calleja Bayliss