Instagram bħalissa qiegħed jesperimenta b’xi ħaġa ġdida - li jinħbew il-likes. Dan iġifieri wieħed xorta se jkun jista’ jagħfas ‘like’ fuq ir-ritratt ta’ ħaddieħor, iżda l-ammont mhux se jibqa’ jidher.

insta

L-għan ta’ din l-idea hu li n-nies jieqfu jkunu ffissati fuq l-ammont ta’ likes li qed jirċievu u minflok jiffukaw iżjed fuq il-ħajja milli fuq l-artifiċjalità tal-medja soċjali. Il-punt hu li n-nies jieqfu jistressjaw ruħhom u minflok jesprimu ruħhom b’mod iżjed komdu.

insta

Personalment, jien niltaqa’ ma’ ħafna nies li jħossuhom komdi meta jtellgħu ritratt u jirċievi ħafna attenzjoni. Meta jiġri bil-kontra, malajr jibdew jippanikjaw u jneħħu kollox.

Naħseb li la ssir din il-ħaġa l-effett se jkun wieħed pożittiv. Inti taqbel?

Facebook/Instagram


Nicole Barbara