Ilbieraħ l-attriċi Kim Dalli, li ħafna jiftakruha għall-parti ta' Amelia fis-sensiela Deċeduti tellgħat ritratt fuq il-midja soċjali kemxejn umoristiku. L-attriċi tidher maħsuda f'dan ir-ritratt iżda kif wieħed jaqra l-erba' kelmiet li xeħtet ma' dan ir-ritratt wieħed jinduna li ma ġralha xejn gravi, ilbieraħ l-attriċi kienet qed tiċċelebra għeluq sninha.

Kim uriet is-sorpriża tagħha li diġà għalqet 30 sena. Hi ħadet l-opportunità sabiex tirringrazzja lil kull min awguralha u tgħid li għaddiet tmiem il-ġimgħa mill-aqwa mal-aqwa nies. Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw lil Kim l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha sena isbaħ minn dik li għaddiet, mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha.


Emil Calleja Bayliss