Il-Kantant vivaċi u li dejjem bi tbissima Kevin Paul Calleja, il-bieraħ għalaq 25 sena. Dan skond ritratt li ttella' minn Gaia Cauchi li hija ħabiba tal-qalb ta' Kevin fejn b'idejha uriet in-numru 25. Imma Kevin jinkina ftit.

Kevin huwa personalità pożittiva għall-aħħar fejn spiss itella' filmati fejn juri li mis-sempliċità, il-bniedem kapaċi jħossu kuntent. Meta kien iżgħar kien jammira ħafna lil ħuh Kurt Calleja, li kien diġà fix-xena tal-mużika qablu u anke rrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f'Baku fl-Azerbaijan bil-kanzunetta This is the night fl-2012. Għadu jammirah sal-lum tant li bejn l-aħwa hemm rabta sabiħa u jissapportjaw lil xulxin.

Ritratt: Facebook/ Kevin Paul Calleja

Illum Kevin huwa wieħed mill-istilel Maltin fix-xena mużikali. Intom kemm taħsbu li għalaq Kevin? Ftit inkejjuż għax filli jwieġbek filli jdum ma jirrispondik. Imma veru mħabbat u aħna nieħdu l-okkażjoni niċċajtaw ftit ukoll. Għaliex le? X'hemm isbaħ milli nkunu informali bejnietna. Nammirawk Kevin u awguri!

Sadanittant, sakemm għadda ftit ħin u tellajna l-artiklu, kellmitna omm Gaia u qaltilna li l-birthday ta' Kevin huwa għada 7 ta' Jannar. Awgurajnielek qabel!

Ritratt: Facebook/ Kevin Paul Calleja


Clifford Galea