Il-ġenituri taċ-ċkejkna Pixie llum qed jiċċelebraw ġurnata tassew għażiża, hekk kif ħames snin ilu Ken u Tamara qalu iva lil xulxin. Fuq instagram, ir-raġel ta' Tamara Webb qasam numru ta' ritratti mill-ġurnata speċjali tagħhom. Ġurnata li tista' tgħid tat bidu għall-familja mill-isbaħ tagħhom.

Ken kiteb, "Għal waħda mill-isbaħ ġranet ta' ħajjitna! L-anniversarju t-tajjeb. 5 snin ta' stejjer flimkien u issa b' + 1. Inħobbok." Ċertament li kienet ġurnata li l-koppja ma jinsewha qatt! Tamara fuq l-insta stories tagħha qalet li tiftakar kull dettall li ġara dakinhar.

Tamara tistqarr li ma tistax tqabbel il-ġurnata tat-tieġ ma' meta twieldet Pixie. It-tnejn kienu ġranet speċjali ħafna f'ħajjitha. Hi tagħti parir lill-għarajjes biex igawdu din il-ġurnata kemm jistgħu. Dan kien il-bidu tal-vjaġġ tagħhom.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Ken u lil Tamara l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollhom iċ-ċans biex igawdu din il-ġurnata flimkien kemm jista' jkun. Awguri.

View this post on Instagram

A post shared by Ken (@ken_____________)

Instagram / Tamara Webb


Emil Calleja Bayliss