Fabian Demicoli tkellem ma’ The People of Malta, fejn ħabbar li għada t-8 t’Awissu 2020, hu u t-tfajla tiegħu Sarah Cachia se jiżżewġu! Dan kollu minkejja s-sitwazzjoni partikolari tal-pandemija.

“Ilna flimkien għal dawn l-aħħar 4 snin. Wara ftit jiem li ltqajt ma’ Sarah indunajt mill-ewwel li hija speċjali u għalkollox differenti minn tfajliet oħrajn,” qal Fabian.

Kont taf li Fabian ippropona lil Sarah waqt kunċert fl-Awstralja?

Fabian jgħid li Sarah tħobb lill-artist Andre Rieu, li kien se jagħmel kunċert fl-Awstralja. "Peress li konna sejrin Thailand u Singapore, qtajt il-biljetti għall-pajjiż-kontinent. Ibbukkjajt li mmur il-kunċert tiegħu f'Perth u rranġajt mal-ħaddiema fl-arena fejn kien se jkun qed jagħmel il-kunċert biex jiffilmjawni nipproponilha. U hekk sar.”

Imma l-pandemija kif affetwat lit-tieġ ta’ Fabian u Sarah?

“Kellna nadattaw u nħassru xi avvenimenti u affarijiet minħabba l-Covid-19… Kellna naħsbu għal ħafna affarijiet bħala prekawzjoni għal dawk li se jkunu preżenti. Anki l-honeymoon ħassarna. Konna sejrin l-Amerika iżda issa se jkollna nagħmluh Għawdex.”

Awguri u r-risq lil din il-koppja!

Facebook/Fabian Demicoli


Nicole Barbara